Nota legali
L-informazzjoni fuq din il-website hija soġġetta għal regoli ta' protezzjoni tad-data personali, għad-dritt tal-awtur u għal dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà mill-Kunsill.
Il-konsultazzjoni jew l-użu ta' dan is-sit jinvolvi l-aċċettazzjoni sħiħa tal-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti hawn taħt.
Protezzjoni tad-data personali
Il-Kunsill huwa kommess li jirrispetta l-privatezza. Il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-Kunsill hija bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 li jiddetermina l-prinċipji u l-obbligi li l-Istituzzjonijiet Ewropew għandhom jirrispettaw meta jipproċessaw data personali u fuq id-Deċiżjoni tal-Kunsill 644/2004 tat-13 ta' Settembru 2004 li tistabbilixxi aktar regoli ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data fir-rigward tal-Kunsill.
'Data personali' tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli; persuna identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'referenza għal numru ta' identifikazzjoni jew għal fattur jew fatturi speċifiċi għall-identità fiżika tagħha.
Fil-prinċipju, l-aċċess għall-informazzjoni disponibbli fuq il-website tal-Kunsill jew permezz tagħha ma jitlobx li l-utent jipprovdi xi data personali. Madankollu, biex tuża ċerti servizzi online, pereżempju meta titlob żjara lill-Kunsill, jew biex tibgħat mistoqsija lis-Servizz tal-Informazzjoni għall-Pubbliku, jista' jkun tiġi mitlub tagħti informazzjoni dwarek, bħal dettalji ta' kuntatt (l-isem u l-kunjom, il-professjoni, l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefon u n-nazzjonalità) meta timla' formola. Il-Kunsill jiġbor din l-informazzjoni personali biss safejn meħtieġ sabiex jissodisfa l-iskop preċiż speċifikat għal kull servizz online.
Għal kull servizz online speċifiku, id-dettalji tal-kontrollur tad-data (il-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data miġbura dwarek) jidhru fuq dikjarazzjoni ta' privatezza ppubblikata minn kull servizz bħal dan u/jew fuq reġistru pubbliku tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Istituzzjoni. Sabiex teżerċita d-drittijiet tiegħek jew biex tikseb kwalunkwe informazzjoni ulterjuri, tista' tikkuntattja direttament lill-kontrollatur tad-data responsabbli. Inti tista' tikkonsulta wkoll l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill, sabiex tikseb opinjoni dwar l-operazzjonijiet tal-ipproċessar li jikkonċernawk jew li wettaqt inti. Jekk inti temmen li nkisru d-drittijiet tiegħek b'riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek, inti tista' tippreżenta lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-awtorità supervisorja indipendenti.
Xi drabi, din il-website tipprovdi links għal siti oħrajn tal-internet. Billi l-Kunsill m'għandu l-ebda kontroll fuq siti bħal dawn, nissuġġerixxu li teżamina l-politika tagħhom tal-privatezza.
Google Analytics
Inti infurmat li din il-website tuża Google Analytics, servizz analitiku fuq l-internet ipprovdut minn Google, Inc. (“Google”) li jgħin biex jiġi analizzat l-użu ta' din il-website. Għal dan il-għan, Google Analytics juża “cookies”, li huma fajls ta' testi mqiegħda fil-kompjuter tiegħek.
L-informazzjoni ġġenerata permezz tal-cookies dwar l-użu ta' din il-website - reġistru ta' informazzjoni standard tal-internet (inkluż l-indirizz IP tiegħek) u informazzjoni dwar l-imġiba tal-viżitatur f'forma anonima - tintbagħat u tinħażen minn Google inkluż fuq servers fl-Istati Uniti. Google ser irendi l-informazzjoni mibgħuta anonima billi jneħħi l-aħħar octet mill-indirizz IP tiegħek qabel ma tinħażen. Skont it-termini tas-servizz ta' Google Analytics, Google ser juża din l-informazzjoni għall-fini tal-evalwazzjoni tal-użu tiegħek tal-website u għall-kompilazzjoni ta' rapporti għall-Kunsill dwar l-attività fuq il-website.
Il-Kunsill ma jużax, u ma jippermetti lill-ebda parti terza tuża din l-għodda ta' analiżi statistika biex issegwi jew tiġbor kwalunkwe informazzjoni personalment identifikabbli ta' viżitaturi ta' dan is-sit. Google jista' jittrasferixxi l-informazzjoni miġbura minn Google Analytics lil partijiet terzi meta dan huwa meħtieġ li jsir skont il-liġi, jew meta tali partijiet terzi jipproċessaw l-informazzjoni f'isem Google. Skont it-termini ta' servizzi ta' Google Analytics, Google ma jassoċja l-indirrizz IP tiegħek mal-ebda data oħra miżmuma minn Google.
Meta tuża din il-website, tkun qiegħed tagħti l-kunsens tiegħek biex tiġi pproċessata data dwarek bil-mod u għall-iskopijiet imniżżla hawn fuq. Tista' tirrifjuta li jintużaw cookies billi tniżżel u tinstalla l-Google Analytics Opt-out Browser Add-on. L-add-on tikkomunika ma' Google Analytics JavaScript (ga.js) biex tindika li din l-informazzjoni dwar iż-żjara fil-website għandha tintbagħat lil Google Analytics.
Dikjarazzjoni ta' Ċaħda ta' Responsabbiltà Legali
Il-Kunsill iżomm din il-website biex itejjeb l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu u l-politiki tal-Kunsill b'mod ġenerali. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni f'waqtha u eżatta. Madankollu, il-Kunsill ma jassumi l-ebda responsabbiltà jew obbligu fir-rigward tal-materjal f'dan is-sit. Dan il-materjal huwa:
- informazzjoni ta' natura ġenerali biss mhux intiża biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' xi individwu jew entità partikolari;
- mhux neċessarjament komprensiva, kompluta, eżatta jew aġġornata;
- xi drabi marbuta ma' siti esterni li fuqhom is-servizzi tal-Kunsill ma għandhomx kontroll u li l-Kunsill ma jassumi l-ebda responsabbiltà għalihom;
- mhux pariri professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonista kkwalifikat kif xieraq).
Jekk jogħġbok kun af li mhux garantit li dokument disponibbli online jirriproduċi eżatt test li jkun ġie adottat uffiċjalment. Il-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea biss li tkun ġiet ippublikata fl-edizzjonijiet stampati ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Kunsill Ewropew hija meqjusa awtentika.
Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu t-tfixkil ikkawżat minn żbalji tekniċi. Madankollu, xi data jew informazzjoni fis-sit tagħna setgħet tfasslet jew ġiet strutturata f'fajls jew formats li ma jkunux mingħajr żbalji u ma nistgħux nagħtu garanzija li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew affettwat mod ieħor bi problemi bħal dawn. Jekk tinġibed l-attenzjoni tagħna dwar żbalji, nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu, il-Kunsill ma jassumi l-ebda responsabbiltà għal ħsara diretta jew indiretta li tista' tirriżulta mill-użu ta' dan is-sit.
Din id-dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà mhijiex intiża sabiex tillimita r-responsabbiltà tal-Kunsill b' kontravenzjoni tal-ebda rekwiżit stabbilit fil-liġi nazzjonali jew Ewropea applikabbli, lanqas sabiex teskludi r-responsabbiltà tiegħu għal kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu esklużi skont l-Artikolu 340 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).