RSS feeds fis-sit web tal-Kunsill
RSS hija l-abbrevjazzjoni għal Really Simple Syndication u tiddeskrivi mod kif tiġi pprovduta informazzjoni f'format li jinqara minn magna. L-RSS tippermetti lill-utenti li jabbonaw biss għal testi minn sit web jew fajls multimedja speċifiċi. Permezz ta' l-RSS il-materjal abbonat jista' jitniżżel awtomatikament fuq il-kompjuter ta' l-utent jew fuq siti web, u b'hekk l-utent jirċievi l-aħħar informazzjoni b'mod awtomatiku u konvenjenti.
Biex tabbona għal RSS feed teħtieġ RSS reader, li diversi minnhom jinsabu disponibbli bla ħlas fuq l-Internet u jistgħu jiġu konfigurati individwalment. L-aħħar verżjonijiet tal-browser diġà għandhom din il-kapaċità. Huma jippermettu lill-utenti li jiddeċiedu għalihom infushom liema sorsi għandhom jinqraw.
L-RSS reader juri t-titolu jew, bħala għażla oħra, l-ewwel ftit linji ta' artiklu. Tintbagħat ukoll link li tippermetti lill-abbonat jiftaħ l-artiklu kollu fil-browser.
■ Kif tabbona
Tista' tabbona għal RSS feeds fil-lingwa tal-paġna miżjura. Jekk tixtieq tabbona għal feeds f'lingwa oħra, jekk jogħġbok uża l-lista tal-lingwi fin-naħa ta' fuq tal-lemin biex tbiddel il-lingwa preferuta tiegħek.
Dan l-RSS feed jelenka l-aktar dokumenti reċenti fil-feed u bil-lingwa li tagħżel. Jekk dokument ma jkunx disponibbli bil-lingwa li tagħżel, huwa jidher awtomatikament bl-Ingliż jew bil-Franċiż.
Tista' tabbona għall-RSS feeds disponibbli fis-sit web tal-Kunsill billi tikklikkja fuq l-ikoni RSS li jinsabu ħdejn il-links:
■ Kuntatti
Fil-każ li għandek aktar mistoqsijiet dwar kif tirċievi RSS feeds mis-sit web tal-Kunsill, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-servizzi li ġejjin:
KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA
SEGRETARJAT ĠENERALI
Rue de la Loi, 175
B-1048 Brussell
Uffiċċju ta' l-Istampa
Tel. +32 (0)2 281 63 19
Fax +32 (0)2 281 80 26
Posta elettronika: press.office@consilium.europa.eu
Informazzjoni għall-pubbliku
Tel. +32 (0)2 281 56 50
Fax +32 (0)2 281 49 77
http://www.consilium.europa.eu/infopublic