Negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-UE

Storja

 

Il-QFP riżultat ta' kriżi

L-idea li jinħoloq qafas finanzjajru pluriennali ħarġet mill-kriżi tal-baġit tal-UE lejn l-aħħar tas-sebgħinijiet u t-tmeninijiet. Fl-1979, l-1984, l-1985 u l-1987 il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ma setgħux jaqblu fil-ħin dwar il-baġit tal-UE għas-snin ta' wara. Dan ta bidu għall-użu ta' sistema kkumplikata ta' parti minn kull tnax proviżorja li kkawżat dewmien fl-implimentazzjoni ta' programmi u fir-rimborż ta' ħlasijiet lill-Istati Membri.

 

Dħul li qed jonqos, nefqa li qed tiżdied

Waħda mir-raġunijiet tal-kriżi tal-baġit tal-UE kienet li d-dħul naqas filwaqt li żdiedet in-nefqa. Fuq in-naħa tad-dħul, b'mod partikolari t-tneħħija ta' tariffi wasslet għal tnaqqis fil-volum tar-riżorsi proprji. Min-naħa l-oħra, il-politika tas-suq agrikolu saret tiswa dejjem aktar, tnedew politiki ġodda (bħall-politika komuni tas-sajd) u membri ġodda daħlu fil-Komunità (il-Greċja fl-1981, Spanja u l-Portugall fl-1986).

 

Is-suċċess tal-QFP

L-isforzi biex id-dħul ikun konformi man-nefqa, essenzjalment billi jiżdiedu r-riżorsi proprji u tiġi ristretta n-nefqa kienu insuffiċjenti. L-adozzjoni tal-ewwel qafas finanzjajru pluriennali (il-"pakkett Delors I" li beda mill-1988 sal-1992) biss ippreveda kundizzjonijiet li żguraw proċedura tal-baġit bla xkiel u ta' suċċess.

 

2 karatteristiċi ġodda

 Dan inkiseb permezz ta'

  • l-istabbiliment ta' limiti massimi ta' nefqa legalment vinkolanti u
  • il-ħolqien ta' kategorija ġdida tar-riżorsi proprji: il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri bbażata fuq il-Prodott Nazzjonali Gross (PNG) li bbilanċjat il-ħtiġijiet tan-nefqa fil-limitu massimu tar-riżorsi proprji.

 

L-1988, l-ewwel sena tal-QFP Delors I, kienet l-aħħar darba li l-arranġamenti tal-parti minn kull tnax proviżorja kellhom jiġu applikati. Minn dakinhar 'l hawn, intlaħaq qbil dwar tliet oqfsa finanzjajri pluriennali oħra, li kull wieħed minnhom kopra seba' snin.

 Kronoloġija

1 ta' Jannar 1988

Il-pakkett Delors I iffoka fuq l-istabbiliment tas-suq intern

1988

Kunsill Ewropew, Brussell 11-13 ta' Frar 1988

 

31 ta' Diċembru 1992

1 ta' Jannar 1993

Il-pakkett Delors II, li beda mill-1993 sal-1999, iffoka fuq il-politika ta' koeżjoni u soċjali u ħejja l-introduzzjoni tal-Euro

1992
Kunsill Ewropew, Edinburgh, 12 ta' Diċembru 1992

1 ta' Jannar 2000

It-tielet MFF, Aġenda 2000, kopra s-snin mill-2000 sal-2006, tfassal biex iħejji t-tkabbir

1999
Kunsill Ewropew, Berlin, 25 ta' Marzu 1999

31 ta' Diċembru 1999

31 ta' Diċembru 2006

 

1 ta' Jannar 2007

Il-Perspettiva Finanzjarja mill-2007 sal-2013 tat prijorità lit-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività

2005

Kunsill Ewropew, Brussell, 16 ta' Diċembru 2005

 

31 ta' Diċembru 2013

   

  

Ir-riżorsi proprji: tibdiliet kbar maż-żmien

Billi l-UE ma tistax ikollha defiċit, ir-riżorsi finanzjarji huma indispensabbli għall-Unjoni Ewropea. It-tipi ta' dħul inbidlu b'mod konsiderevoli matul iż-żmien. Fil-bidu tagħha, mill-1958 'il quddiem, il-Komunità Ekonomika Ewropea kienet iffinanzjata kważi esklussivament mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri. Fl-1970 dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjajri ġew sostitwiti gradwalment mir-riżorsi proprji li jikkonsistu minn dazji doganali u imposti fuq iz-zokkor (l-hekk imsejħa riżorsi proprji tradizzjonali). Mill-1975 'il quddiem, żdiedu r-riżorsi proprji bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

 

Aktar pressjoni 

Fit-tmeninijiet, żdiedet il-pressjoni fuq din is-sistema. B'mod partikolari t-tneħħija tat-tariffi waslet għal rendimenti iżgħar tar-riżorsi proprji li ma setgħux ilaħqu ma' nefqa akbar. Fl-1988, meta daħal fis-seħħ l-ewwel qafas finanzjajru pluriennali, inħolqot għalhekk kategorija ġdida ta' riżorsi proprji: il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri bbażata fuq il-Prodott Nazzjonali Gross (PNG) li ġiet sostitwita aktar tard bid-Dħul Nazzjonali Gross (DNG). Dan ir-riżors proprju tfassal biex jibbilanċja l-ħtiġijiet tan-nefqa fil-limitu massimu tar-riżorsi proprji.

 

Kontribuzzjonijiet u korrezzjonijiet

Illum, il-kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq id-DNG tal-Istati Membri jammontaw għal madwar 75% tad-dħul tal-Istati Membri filwaqt li r-riżorsi proprji tradizzjonali u r-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT ikopru madwar 13% u 11% rispettivament. Il-madwar 1% li jifdal huwa magħmul minn dħul ieħor, inkluż multi fuq kumpanniji li jiksru l-liġijiet tal-kompetizzjoni. Matul iż-żmien, ġew introdotti aktar u aktar korrezzjonijiet għad-dispożizzjonijiet tar-riżorsi proprji sabiex jikkumpensaw għall-iżbilanċi baġitarji ta' xi Stati Membri.