FEJN NINSABU
|
Brussell - Rue de la Loi 175 B-1048 Brussell
|
Lussemburgu (April, Ġunju u Ottubru) - Centre de conférences Kirchberg Rue Fort Thüngen, 2 L-1499 Lussemburgu
|
|
 Ikklikkja hawn biex tkabbar din il-mappa
|
 Ikklikkja hawn biex tkabbar din il-mappa
|
ĦINIJIET TAL-FTUĦ
Ħinijiet tal-ftuħ normali 7.30 - 18.00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Għal-laqgħat tal-Kunsill, iċ-ċentru tal-istampa jibqa' miftuħ sagħtejn wara t-tmiem tal-konferenza stampa finali. Il-bar tal-istampa jkun miftuħ waqt il-laqgħat u s-sessjonijiet ta' tagħrif tal-Kunsill.
AĊĊESS
Iċ-ċentru tal-istampa huwa aċċessibbli għad-detenturi li għandhom badge permanenti tal-istampa tal-UE kif ukoll għad-delegazzjonijiet ta' Stati Membri u ta' pajjiżi kandidati.
Rappreżentanti oħra tal-midja ser jingħataw badge għal jum meta jippreżentaw karta nazzjonali tal-istampa (jew prova ta' status professjonali) flimkien ma' karta tal-identità jew passaport.
L-istess regoli japplikaw għaċ-ċentru tal-istampa tal-Kunsill fil-Lussemburgu.
Iċ-ċentru tal-istampa huwa miftuħ ukoll għall-pubbliku, kif imħabbar mill-uffiċċju tal-istampa, għal dibattiti u deliberazzjonijiet pubbliċi.
Gruppi professjonali oħra (diplomatiċi, rappreżentanti ta' gruppi ta' pressjoni (lobby groups), viżitaturi, eċċ.) jista' jkollhom ukoll aċċess taħt ċerti kondizzjonijiet, li jiddependi fuq l-attività fiċ-ċentru tal-istampa.
| Kuntatt |
|
Margarete Gilot, responsabbli għaċ-ċentru tal-istampa
|
Tel. +32 (0)2 281 6550
|
|
Is-segretarjat tal-uffiċċju tal-istampa
|
Tel. +32 (0)2 281 6319
|

TEĦTIEĠ AKKREDITAZZJONI?
Il-proċeduri ta' akkreditazzjoni fuq din il-paġna web huma maħsuba esklużivament għar-rappreżentanti tal-midja.
Badge permanenti tal-istampa
Għal akkreditazzjoni annwali għar-rappreżentanti tal-midja bbażati fi Brussell (valida għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE), ikkuntattja l-uffiċċju ta' akkreditazzjoni tal-Kummissjoni.
Akkreditazzjoni għal laqgħat tal-Kunsill Ewropew
Hija meħtieġa akkreditazzjoni speċjali online għal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, ara s-sit web tagħna http://www.european-council.europa.eu/media-accreditation minn madwar ħames ġimgħat qabel il-laqgħa.
Jekk jogħġbok ftakar li l-akkreditazzjoni hija r-responsabbiltà tal-uffiċċju tas-sigurtà tal-Kunsill u l-uffiċċju tal-istampa tal-Kunsill ma jistax jiggarantixxi li l-akkreditazzjoni tiegħek ser tkun aċċettata jekk ma tkunx segwejt din il-proċedura.
Waqt li tkun fil-bini, għandek tilbes il-badge tal-identità tal-Kunsill Ewropew b'mod li tidher. Kwalunkwe persuna li ma tkunx liebsa badge tista' tintalab biex titlaq. Barra minn hekk, fi kwalunkwe ħin, membru tal-uffiċċju tas-sigurtà jista' jsaqsik tagħti prova tal-identità tiegħek billi tippreżenta dokument uffiċjali, anki jekk tkun liebes il-badge tal-identità tal-Kunsill Ewropew b'mod li tidher.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, dejjem tista' tikkuntattja lill-uffiċċju tal-istampa tal-Kunsill għal kjarifika u għajnuna fil-proċeduri.

PUNT TA' INFORMAZZJONI
Il-punt ta' informazzjoni jkun miftuħ meta jkun hemm avveniment tal-istampa tal-Kunsill.
| Kuntatt |
|
Punt ta' informazzjoni
|
Tel. +32 (0)2 281 9000
|
|
Is-segretarjat tal-uffiċċju tal-istampa
|
Tel. +32 (0)2 281 6319
|
FAĊILITAJIET GĦALL-ĦIDMA.jpg)
- spazji tax-xogħol bl-internet bil-broadband (kmamar A, B + C)
- Konnessjoni tal-internet bil-WiFi għal-laptop tiegħek
- konnessjonijiet bit-telefown għal modems analogi u/jew diġitali
- magni tal-fax
- fotokopjaturi
- Servizz ta' messaġġi tat-TV
- lockers
Faċilitajiet addizzjonali huma provduti għal-laqgħat tal-Kunsill, b'aktar minn 1000 post tax-xogħol disponibbli.
OPPORTUNITAJIET GĦAL RITRATTI/VIDJOS
Aħna norganizzaw u nħabbru opportunitajiet għal ritratti/vidjos għall-avvenimenti u l-laqgħat prinċipali kollha li jsiru fil-Kunsill, biex inkunu ċerti li inti tista' toħloq il-vidjos/ritratti għar-rapporti tiegħek. Għal xi avvenimenti ewlenin bħall-Kunsill Ewropew norganizzaw gruppi (pools).
Rapportaġġ sħiħ bil-vidjo u l-arkivjar
Il-pjattaforma tal-web http://tvnewsroom.consilium.europa.eu toffri rapportaġġ ġenerali tal-Kunsill u tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew kif ukoll stampi arkivjati u illustrattivi. Il-filmati m'għandhomx id-dritt tal-awtur u jistgħu jitniżżlu f'MPEG-4 għall-użu tat-TV u tal-web.
Il-Kunsill u l-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew huma koperti wkoll mill-EbS http://ec.europa.eu/avservices/ebs
Rapportaġġ sħiħ bir-ritratti u l-arkivjar
It-tim tal-uffiċċju tal-istampa tal-fotografi jipprovdu rapportaġġ ta' avvenimenti prinċipali li jseħħu fil-Kunsill u fil-Kunsill Ewropew. L-għażla tar-ritratti tagħhom hija ppubblikata fil-librerija fotografika fis-sit www.consilium.europa.eu/photo. Huma disponibbli mingħajr ħlas u f'format b'definizzjoni għolja bil-kundizzjoni li jissemma s-sors (Kunsill tal-Unjoni Ewropea).
Studjos tat-TV/Radju
L-istudjos tat-TV u tar-radju tal-Kunsill huma disponibbli għad-delegazzjonijiet u l-midja. Aħna noffru appoġġ lill-ġurnalisti tat-TV/radju fir-rapportaġġ tagħhom tal-attivitajiet tal-Kunsill. Ikkuntattja lit-tim awdjoviżiv tagħna biex torganizza l-prenotazzjonijiet tal-istudjo u s-satellita.
Stand-ups
Stand-ups diretti (live) jistgħu jiġu organizzati fil-"mezzanine", fis-sala prinċipali tad-dħul (atrium). Saqsi lit-tim awdjoviżiv tagħna għall-għajnuna.
Streaming dirett ta' avvenimenti pubbliċi
Tista' ssegwi l-avvenimenti pubbliċi kollha li jsiru fil-Kunsill diretti fuq il-web, inkluż dibattiti u deliberazzjonijiet pubbliċi. Jekk tkun tlift avveniment, dejjem tista' ssegwih permezz tal-pjattaforma tagħna "filmati fuq talba" (video on demand), fuq il-webcast tal-Kunsill http://video.consilium.europa.eu.

INFORMAZZJONI DWAR L-AVVENIMENTI
Dokumenti mill-istampa
L-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ġenerali huma disponibbli mis-segretarjat tal-uffiċċju tal-istampa u mill-portal tal-istampa www.consilium.europa.eu/press. Dawn jinkludu:
- Kalendarju tal-Presidenza b'dati u aġendi preliminari tal-laqgħat tal-Kunsill
- Avviżi dwar il-ħin tas-sessjonijiet ta' tagħrif, il-konferenzi stampa tal-Presidenza u d-deliberazzjonijiet u d-dibattiti pubbliċi (ara hawn taħt)
- Sommarju ta' kull ħmistax ta' avvenimenti u suġġetti li ġejjin
- Noti ta' spjegazzjoni ppubblikati qabel kull laqgħa tal-Kunsill
- Konklużjonijiet tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew kif inhuma adottati
- Stqarrijiet għall-istampa
- Dikjarazzjonijiet dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni u stqarrijiet għall-istampa dwar l-iffirmar ta' ftehimiet internazzjonali.
Il-portal tal-istampa jiġbor flimkien l-informazzjoni u r-riżorsi. It-taqsima tiegħu tal-"laqgħat tal-Kunsill" toffri l-informazzjoni kollha disponibbli dwar laqgħa partikolari tal-Kunsill (aġenda, noti ta' spjegazzjoni, stqarrijiet għall-istampa, ritratti, webcast u vidjos).
Informazzjoni ġenerali
It-tim tagħna ta' uffiċjali tal-istampa jinsab lest biex jaġġornak dwar l-attivitajiet tal-Kunsill u l-iżviluppi tal-politika. L-uffiċjali tal-istampa jitkellmu "inuffiċjalment". Biex tikkuntattja lill-uffiċjal tal-istampa rilevanti, għas-suġġett li qed tkopri, ikklikkja hawn.
Sessjonijiet ta' tagħrif għall-istampa u konferenzi stampa
.jpg)
Normalment is-sessjonijiet ta' tagħrif għall-istampa u l-konferenzi stampa jsiru fil-kamra prinċipali tal-istampa, iżda l-opportunitajiet tal-istampa jistgħu jkunu organizzati wkoll fir-rokna tal-VIP jew f'kamra oħra ta' sessjoni ta' tagħrif tal-istampa fiċ-ċentru tal-istampa.
Il-punt ta' informazzjoni tagħna fid-daħla taċ-ċentru tal-istampa jista' jgħinek.
Din l-informazzjoni kollha u aktar jinsabu fil-portal tal-internet tal-uffiċċju tal-istampa tal-Kunsill www.consilium.europa.eu/press - ara laqgħat tal-Kunsill.
Allerti tal-istampa
