Proċedura leġislattiva ordinarja
Hija disponibbli bażi tad-data bl-Ingliż u l-Franċiż (1) li turi l-progress tad-dossiers li huma soġġetti għall-proċedura leġislattiva ordinarja prevista mill-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.Il-bażi tad-data hija aġġornata regolarment mill-Unità tal-Proċeduri Leġislattivi Ordinarji u tippermetti li tiġi segwita l-proċedura għal atti leġislattivi adottati b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Ir-referenzi tad-dokumenti tal-Kunsill imsemmijin f'din il-bażi tad-data jinsabu wkoll fir-reġistru pubbliku tad-dokumenti tal-Kunsill.Il-Ġurnali Uffiċjali jistgħu jinkisbu permezz tal-websajt EUR-Lex.
Matul sessjonijiet miftuħin, il-pubbliku jista' jsegwi d-diskussjonijiet tal-Kunsill dwar atti leġislattivi taħt il-proċedura leġislattiva ordinarja.Il-votazzjoni dwar atti preparatorji u finali ssir fil-pubbliku, u r-riżultati ta' dawn il-votazzjonijiet pubbliċi jintwerew, inkluż fuq il-paġna vidjo tal-Kunsill.
Sar kull sforz biex jiġi żgurat li l-informazzjoni pprovduta fuq din il-websajt tkun eżatta u aġġornata. Hija tiġi pprovduta għal finijiet ta' informazzjoni u l-Kunsill ma' jistax jinżamm responsabbli għall-kontenut tagħha.
Informazzjoni topika addizzjonali tista' tinkiseb mis-Servizz għall-Istampa/il-Kamra tal-Aħbarijiet tal-Kunsill. Aktar informazzjoni dwar proċeduri leġislattivi tista' tinkiseb fuq is-siti tal-Internet tal-Kummissjoni (PRE-Lex) u tal-Parlament Ewropew (Osservatorju Leġislattiv OEIL).
Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mill-Unità tal-Informazzjoni lill-Pubbliku.
(1) Informazzjoni dwar dossiers magħluqa sal-aħħar tal-2006 hija disponibbli biss bil-Franċiż.