 B'segwitu tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kunsill Ewropew ħatar lil Catherine Ashton bħala Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. Hija tippresjedi l-Kunsill Affarijiet Barranin u tmexxi l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni.
B'kont meħud tar-rwol tagħha ta' Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, hija tiżgura l-konsistenza u l-koordinazzjoni tal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Rappreżentant Għoli hija assistita mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).
|