Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK)

Il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) hija komponent prinċipali tal-PESK u l-fergħa operattiva tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni fil-qasam tal-maniġġar ta' kriżijiet.

Il-Kunsill jista' jniedi azzjonijiet tal-UE ta' maniġġar ta' kriżijiet, kemm ċivili kif ukoll militari, biex jitwettqu l-objettivi tal-UE ta' paċi u sigurtà. Id-deċiżjonijiet rilevanti jitħejjew mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, il-Kumitat Militari tal-UE u l-Kumitat għall-Aspetti Ċivili tal-Maniġġar ta' Kriżijiet, megħjuna mill-istrutturi tal-maniġġar ta' kriżijiet fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. L-operazzjonijiet militari huma ffinanzjati permezz ta' mekkaniżmu speċifiku msejjaħ Athenali huwa amministrat mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill f'isem l-Istati Membri tal-UE li jikkontribwixxu għall-finanzjament ta' dawn l-operazzjonijiet.

Tradizzjonalment, il-Ministri tad-Difiża jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Barranin darbtejn fis-sena, minbarra l-laqgħat informali tagħhom, darbtejn fis-sena wkoll.

 

Aktar informazzjoni