Ftehim u trattati

Kull sena l-Unjoni Ewropea tikkonkludi għadd ta' Ftehimiet ma' pajjiżi terzi, kif ukoll ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawn il-Ftehimiet jistgħu jkunu ta' natura estensiva, bħal Kummerċ, Kooperazzjoni u Żvilupp u Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni jew jistgħu jkopru firxa wiesgħa ta' suġġetti speċifiċi li jinkludu: tessuti; sajd; dwana; xjenza u teknoloġija; trasport; eċċ.

Ftehimiet ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet jistgħu jiġu konklużi wkoll mill-Unjoni Ewropea skont it-termini stabbiliti fl-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għal materji fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK).

L-informazzjoni dwar dawn il-Ftehimiet, inklużi dawk fil-proċess li jiġu approvati, tista' tinkiseb permezz ta' dan is-sit elettroniku. Din l-informazzjoni ser tkun aġġornata kuljum u ser tinkludi dati tal-iffirmar, tal-approvazzjoni u tad-dħul fis-seħħ. Ser issir ukoll referenza għal kwalunkwe riżerva jew dikjarazzjoni rilevanti magħmulin minn Parti għal Ftehim u t-testi ta' dawn id-dikjarazzjonijiet ser ikunu disponibbli, fl-integrità tagħhom, fuq dan is-sit elettroniku.

Dan is-sit elettroniku jinkludi wkoll informazzjoni dwar Konvenzjonijiet konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea f'ċerti oqsma, bħall-Kooperazzjoni tal-Pulizija u Ġudizzjarja f'Materji Kriminali, il-Liġi tal-Kumpanniji u t-Tassazzjoni Doppja.

Meta t-test ta' Ftehim jew ta' Konvenzjoni jkun ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ser tingħata referenza, u l-aċċess għat-test isir billi tikklikkja fuq ir-referenza.

Kwalunkwe mistoqsija jew kumment supplimentari dwar dan is-sit elettroniku għandhom jiġu indirizzati bil-posta elettronika lil: coordination.accords@consilium.europa.eu