20/08/2013
L-Eġittu: laqgħa straordinarja tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-21 ta' Awwissu 2013
Fid-dawl ta' żviluppi reċenti fl-Eġittu, ġiet imsejħa laqgħa straordinarja tal-Kunsill Affarijiet Barranin għal nhar l-Erbgħa 21 ta' Awwissu. Il-laqgħa ser tiġi ppreseduta mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton.
© Peter Hermes Furian - Fotolia
Il-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy u l-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso ħarġu dikjarazzjoni konġunta fit-18 ta' Awwissu fejn appellaw biex "tintemm il-vjolenza , jissokkta d-djalogu politiku u jkun hemm ritorn għal proċess demokratiku" (traduzzjoni mhux uffiċjali). Il-jum ta' wara, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà tal-UE (KPS) kellu laqgħa straordinarja. F'din il-laqgħa u fil-kuntest ta' dak li r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran Bernardino Leon sejjaħ "unanimità b'saħħitha u konverġenza qawwija tal-Istati Membri fuq l-importanza tal-Eġittu" (traduzzjoni mhux uffiċjali), ittieħdet deċiżjoni li tissejjaħ laqgħa straordinarja tal-Kunsill Affarijiet Barranin nhar l-Erbgħa 21 ta' Awwissu.
Il-Ministri ser jiddiskutu s-sitwazzjoni fl-Eġittu u huma mistennija jadottaw il-konklużjonijiet tal-Kunsill. Il-laqgħa hija skedata b'mod tentattiv għal kmieni waranofsinhar u ser tkun segwita minn konferenza stampa.
Grazzi tar-rispons tiegħek.
Jekk jogħġbok innota li ma nibagħtux tweġibiet permezz ta' dan l-istħarriġ.
Għal mistoqsijiet ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Kunsill tista' tikkuntattja lis- Servizz ta' Informazzjoni għall-Pubbliku.