27/09/2013 - Kompetittività (suq intern, industrija, riċerka u spazju)
Xprunaturi tat-tkabbir u l-impjiegi: Il-Kunsill jiddiskuti r-rwol tal-SMEs u l-Unjoni tal-Innjovazzjoni
Il-Kunsill Kompetittività tas-26 u s-27 ta' Settembru ttratta l-iżviluppi tal-UE b'appoġġ lill-SMEs u s-sitwazzjoni attwali tal-Unjoni tal-Innovazzjoni.
Il-ministri ddiskutew għadd ta' kwistjonijiet relatati mal-ħolqien ta' tkabbir u impjiegi fl-UE. B'mod konkret, iddiskutew:
- l-azzjonijiet ewlenin tal-UE b'appoġġ lill-SMEs, fejn ittrattaw l-iżviluppi mill-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar u esploraw modi kif jittejjeb it-tkabbir tal-SMEs fl-UE;
- l-istat tal-istrateġija Unjoni tal-Innovazzjoni u l-progress għat-twettiq taż-Żona Ewropea ta' Riċerka komuni.
Bħala parti mid-diskussjonijiet tagħhom, il-ministri analizzaw il-ġenerazzjoni l-ġdida tas-sħubijiet pubbliċi privati li ser tgħin tistabbilixxi partijiet ewlenin tal-Unjoni tal-Innovazzjoni.
Il-passi li jmiss
L-eżitu ta' dan id-dibattitu ser jiġi deskritt f'ittra lill-Kunsill Ewropew li tippreżenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-politika tal-SMEs u l-Unjoni tal-Innovazzjoni. Dan ser jifforma l-bażi tad-diskussjonijiet fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Ottubru 2013, li hija prevista biex tiffoka fuq l-aġenda diġitali u l-istrateġija għall-innovazzjoni tal-Ewropa.
Suġġetti oħra fuq l-aġenda
Il-ministri ddiskutew ukoll is-sitwazzjoni attwali tal-industrija tal-UE, b'mod partikolari:
- kwistjonijiet li jaffettwaw il-kompetittività industrijali, bħall-innovazzjoni, l-aċċess għall-finanzjament, il-kondizzjonijiet tas-suq u l-kapital uman;
- il-pjan ta' azzjoni propost biex jiġu promossi l-kompetittività u l-effiċjenza tal-industrija tad-difiża. L-eżitu ta' dan id-dibattitu ser iwassal għal laqgħa tematika tal-Kunsill Ewropew dwar id-difiża, skedata għad-19 u l-20 ta' Diċembru 2013.
- Laqgħa tal-Kunsill Ewropew, 24-25 ta’ Ottubru 2013
Grazzi tar-rispons tiegħek.
Jekk jogħġbok innota li ma nibagħtux tweġibiet permezz ta' dan l-istħarriġ.
Għal mistoqsijiet ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Kunsill tista' tikkuntattja lis- Servizz ta' Informazzjoni għall-Pubbliku.