Politika dwar l-aċċess għal dokumenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill
Sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam f'Mejju 1999, id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet huma stabbiliti fl-Artikolu 255 tat-Trattat tal-KE. Dan l-Artikolu, li bit-Trattat ta' Lisbona f'Diċembru 2009 sar l-Artikolu 15(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonment tal-Unjoni Ewropea (TFUE), ikkostitwixxa l-bażi legali tar-Regolament (KE) No 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.
F'konformità mal-Artikolu 15(3), it-tielet subparagrafu tat-TFUE, id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Kunsill huma stabbiliti fl-Anness II tar-regoli ta' proċedura tal-Kunsill. Dawn ir-regoli japplikaw mutatis mutandis għad-dokumenti tal-Kunsill Ewropew, kif stipulat fl-Artikolu 10(2) tar-regoli ta' proċedura tal-Kunsill Ewropew .
Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-Kunsill jippubblika rapport annwali dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Kunsill. S'issa, il-Kunsill adotta u ppubblika rapporti annwali li jikkonċernaw is-snin 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010.
Aktar informazzjoni