Trasparenza Leġislattiva
Din it-taqsima fiha informazzjoni dwar l-attività tal-Kunsill bħala korp leġislattiv.
- L-orarji u l-aġendi jagħtu informazzjoni dwar il-laqgħat tal-Kunsill u korpi preparatorji oħra kif ukoll l-aġendi previsti.
- Is-Sommarju tal-Atti tal-Kunsill ta' kull xahar fih listi ta' atti leġislattivi u mhux leġislattivi adottati mill-Kunsill, inklużi r-riżultati tal-voti, l-ispjegazzjonijiet tal-votazzjoni u d-dikjarazzjonijiet għall-minuti meta l-Kunsill ikun qed jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta' leġislatur.
- Il-Minuti tal-Kunsill jagħtu sommarju tad-deċiżjonijiet meħuda u xi drabi tal-kontenut tad-diskussjonijiet li jkunu saru matul dik il-laqgħa tal-Kunsill. L-addenda għall-abbozz ta' minuti fihom ir-riżultati tal-voti u l-ispjegazzjonijiet tal-voti mill-membri tal-Kunsill, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet fil-minuti tal-Kunsill, li jsiru pubbliċi, skont l-Artikolu 7 (4) tar- Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill meta l-Kunsill ikun qed jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta' leġislatur, jew f'konformità mal-Artikolu 9 (1) f'dawk il-każijiet fejn il-Kunsill jadotta ċerti atti mhux leġislattivi msemmija fl-Artikolu 8 (1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
- L-eżitu tal-votazzjoni dwar l-atti leġislattivi huwa pubbliku u jista' jiġi kkonsultat fil- Voti Pubbliċi.
- Aktar informazzjoni dwar il-proċeduri u l-atti hija disponibbli taħt Links.