
Hawnhekk ikollok aċċess għal u ssib informazzjoni dwar ġabriet li jirrigwardaw
il-funzjonament tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fil-qafas tal-bażijiet legali suċċessivi ta':
il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), kif iddefinita mit-Trattat ta' Pariġi (1952), u l-iżvilupp tagħha mill-bidu nett sal-iskadenza (CM1);
il-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (KEEA), kif iddefiniti mit-Trattati ta' Ruma (1957), u l-iżvilupp tagħhom sad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Maastricht (CM2);
l-Unjoni Ewropea mit-Trattat ta' Maastricht sat-Trattat ta' Lisbona (CM4);
l-Unjoni Ewropea kif iddefinita mit-Trattat ta' Lisbona (CM8).
Issib ukoll informazzjoni dwar negozjati intergovernattivi bħal:
in-negozjar ta' ftehimiet, prinċipalment it-Trattati ta' Ruma u l-Konvenzjoni (CM3):
it-tkabbir suċċessiv (adeżjoni ta' pajjiżi terzi) (CM5);
il-Konvenzjoni ta' Yaoundé, il-Konvenzjoni ta' Lomé u l-Ftehim ta' Kotonù, li fihom dokumenti dwar l-Istati Afrikani Assoċjati u l-Madagaskar (SAAM) u l-AKP (Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku) (CM6);
is-ŻEE (Żona Ekonomika Ewropea) u l-Kunsilli ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi (CM7).
Il-prinċipju ta' aċċess liberu u l-eċċezzjonijiet għal dan huma rregolati minn żewġ Regolamenti separati, skont id-dati li fihom inħolqu d-dokumenti:
il-fajls jinfetħu għall-pubbliku wara perijodu ta' 30 sena, bl-applikazzjoni tar- Regolament (KE, Euratom) Nru 1700/2003 dwar il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika (KEEA)
id-dokumenti li għandhom inqas minn 30 sena huma rregolati mir- Regolament (KE, Euratom) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti.
• Aktar informazzjoni dwar it-Trasparenza
L-aċċess għad-dokumenti huwa l-prinċipju ġenerali, iżda hemm ċerti eċċezzjonijiet biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta':
l-interess pubbliku, fir-rigward tas-sigurtà pubblika, kwistjonijiet tad-difiża u dawk militari, relazzjonijiet internazzjonali jew il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Komunità jew ta' xi Stat Membru;
il-privatezza u l-integrità tal-individwu, b'mod partikolari skont il-legislazzjoni Komunitarja dwar il-ħarsien ta' data personali;
interessi kummerċjali ta' persuna fiżika jew ġuridika, inkluża l-proprjetà intellettwali.