CASE
CASE, is-Search Engine tal-Arkivji Ċentrali, jipprovdi aċċess għad-deskrizzjonijiet tal-arkivji tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Din il-bażi tad-data ser tkun disponibbli f'qasir żmien.
Tiftixa fil-CASE ssir bl-użu tal-metadata (titoli, numru tad-dokument tal-Kunsill, numru tal-COM/SEC, tiftixa f'sottoġabra, sena, u deskrizzjoni tal-kontenut tal-fajls).
Dawn id-deskrizzjonijiet huma disponibbli biss bil-Franċiż. Għalhekk jinħtieġ li l-bażi tad-data bil-Franċiż tiġi kkonsultata sabiex jinkisbu riżultati validi.
Il-ġabriet li ġejjin huma disponibbli online:
KEFA (CM1) mill-1952 sal-1964
KEE Euratom (CM2) mill-1958 sal-1974
Negozjar tat-Trattati ta' Ruma (CM3 NEGO 1) mill-1955 sal-1957

Biex tikkonsulta l-ġabriet li jkunu għadhom mhumiex disponibbli online, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz tal- posta elettronika.
Kummenti:
Ta' min jinnota li l-lingwi uffiċjali huma kif ġej:
Mill-1952 sal-1972: Franċiż, Ġermaniż, Taljan u Olandiż;
Mill-1973 sa l-1980: Franċiż, Ġermaniż, Taljan, Olandiż, Ingliż u Daniż.
It-tiftixa fil-CASE għadha ma turix il-fajls diġitalizzati fir-riżultati tat-tiftix; sabiex jiġu kkonsultati l-fajls diġitalizzati relatati ma' tiftixa fil-CASE, hemm soluzzjoni temporanja: PartnerPortal (ara "Tħejjija ta' tiftixa").