Itlob dokument
Ilu jeżisti reġistru pubbliku tad-dokumenti tal-Kunsill mill-1 ta' Jannar 1999. Jekk ma ssibx id-dokument li qed tfittex, tista' tintroduċi talba.
Kif tippreżenta talba?
- Inti tista' titlob dokument elettronikament b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
-Jekk diġà taf li d-dokument li qed tfittex mhuwiex pubbliku, itlob aċċess għal dokument mhux pubbliku.
- Inti tista' wkoll titlob dokument billi tibagħtilna ittra:
Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
DG F - Komunikazzjoni
rue de la Loi 175
B-1048 Brussels
jew permezz ta' fax:
+32 (0)2 281 4977
Meta nirċievi risposta?
Is-Segretarjat Ġenerali ser iwieġeb talbiet għal aċċess fi żmien 15-il jum ta' xogħol, għalkemm dan jista', b'mod eċċezzjonali, jiġi estiż bi 15-il jum ta' xogħol ieħor.
B'liema mezzi ser ikolli aċċess?
L-applikant ser ikollu aċċess għad-dokumenti billi jirċievi kopja elettronika tad-dokument jew, jekk dan ma jkunx possibbli minħabba raġunijiet tekniċi, kopja stampata. Ser ikun possibbli wkoll li d-dokumenti jkunu kkonsultati fil-post.
X'jiġri jekk l-aċċess jiġi rifjutat?
F'każ ta' rifjut, l-applikant għandu 15-il jum ta' xogħol biex jagħmel applikazzjoni ta' konferma fejn jitlob lill-istituzzjoni kkonċernata biex terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha.
Jekk l-applikazzjoni ta' konferma tiġi rifjutata, l-applikant jiġi infurmat li jista' jagħmel ilment lill-Ombudsman jew iressaq azzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali.