Il-baġit tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
It-Taqsima II tal-Baġit Ġenerali tal-UE tipprovdi l-baġit għall-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (KE/K) fi struttura ta' baġit komuni waħda.
Il-baġit tal-KE/K għall-2013 huwa EUR 535,5 miljun, li jikkorrispondi għal żieda ta' EUR 1,5 miljun jew 0.3 % meta mqabbel mal-2012.
- Il-baġit tal-KE/K għall-2013 jipprevedi l-approprjazzjonijiet għal madwar 3150 uffiċjal li jikkorrespondi għal 60 % tal-baġit.
- Il-Kunsill jorganizza aktar minn 4500 laqgħa uffiċjali fis-sena. L-ispiża diretta ta' dawn il-laqgħat (eż. spejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegazzjonijiet u spejjeż tal-interpretazzjoni) tammonta għal 22 % tal-baġit totali.
- In-nefqa relatata mal-bini u l-infrastruttura tammonta għal 8 %, filwaqt li s-sistemi tal-kompjuter, it-tagħmir u l-għamara 8 % oħra.
Fl-2013 it-Taqsima II tkopri madwar 0,4 % tal-baġit tal-UE. Dan jammonta bejn wieħed u ieħor għal 6 % tan-nefqa amministrattiva totali tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE.
L-istabbiliment tal-baġit tal-KE/K jibda f'Jannar bl-iffissar tal-objettivi u l-proposti għar-riżorsi meħtieġa għas-sena li jmiss. Fuq din il-bażi, "l-istima tad-dħul u ta’ nfiq" tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tiġi stabbilita u ppreżentata lill-Kunsill u wara tiġi inkorporata fil-proposta tal-Kummissjoni għall-Abbozz tal-Baġit.
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew huma mistennijin jikkonkludu pożizzjoni komuni dwar il-baġit tal-UE tas-sena li jmiss fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni sa nofs Novembru. Wara l-pożizzjoni komuni l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser jifformalizzaw l-eżitu malajr kemm jista' jkun, skont il-proċeduri interni tagħhom.