Reklutaġġ
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jirrekluta abbażi ta' listi ta' kandidati adatti mfassla bħala riżultat ta' kompetizzjonijiet miftuħa organizzati għall-kategoriji diversi ta' persunal. Mill-bidu tal-2003, ġew organizzati u amministrati kompetizzjonijiet f'livell interistituzzjonali mill-Uffiċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO). Dan l-uffiċju jista' jiġi kkuntatjat fin-numru li ġej: +32 2 299 31 31, jew permezz tas-sit tiegħu: http://www.europa.eu/epso.
F'każi eċċezzjonali, is-Segretarjat Ġenerali jista' jorganizza kompetizzjonijiet għal ħtiġijet tiegħu, sabiex jimla postijiet speċjalizzati ħafna, jew jippubblika avviżi ta' reklutaġġ biex jirrekluta f'oqsma speċifiċi.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar ir-reklutaġġ fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, jekk jogħġbok ibgħatilna email.