L-applikazzjoni tar-regoli dwar il-lingwi fl-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea

Id-diversità lingwistika hi waħda mill-karatteristiċi essenzjali tal-Unjoni Ewropea u vantaġġ kulturali ewlieni. L-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom "regoli dwar il-lingwi" komuni, stabbiliti mill-Kunsill fl-1958.

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea attwalment għandhom 24 lingwa uffiċjali: Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Germaniż, Grieg, Ungeriż, Irlandiż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Svediż

Biex jiġi żgurat il-funzjonament tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill bħala istituzzjonijiet plurilingwi, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu Servizz Lingwistiku, li jikkoopera mill-qrib, fir-rigward tat-testi leġislattivi, mad-Direttorat "Kwalità tal-Leġislazzjoni" tas-Servizz Ġuridiku.