Protezzjoni bil-vidjo
Għas-sikurezza u s-sigurtà tal-persunal, il-viżitaturi, il-bini, l-assi u l-informazzjoni tiegħu, u għal raġunijiet loġistiċi, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jopera sistema ta' protezzjoni bil-vidjo f'partijiet tal-bini tiegħu. Il-Politika dwar l-Użu tas-Sistemi Vidjo tiddeskrivi is-sistema vidjo tas-SĠK u s-salvagwardji li jieħu is-SĠK biex jipproteġi d-data personali, il-privatezza u drittijiet fundamentali u interssi leġittimi oħrajn ta' individwi li jiġu osservati mill-kameras. Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar dan is-suġġett, ikkonsulta l-politika tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar l-użu ta' sistemi vidjo.
Ta min jinnota li s-SĠK jopera s-sistemi vidjo tiegħu f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data. Waqt li jagħmel hekk, huwa jikkunsidra debitament ir-rakkomandazzjonijiet stipulati fil-Linji Gwida dwar il-Vidjo-Sorveljanza (
) maħruġa mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fis-17 ta' Marzu 2010.
Tista' titlob aċċess biex tivverifika d-data personali tiegħek bħala riżultat tal-użu protettiv tal-vidjokamera. Dawn it-talbiet bħal dawn għandhom jiġu indirizzati lil:
id-Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà
Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà
Rue de la Loi, 175
B - 1048 Brussell
Il-Belġju
B'kopja lil:
l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data
Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data
Rue de la Loi, 175
B - 1048 Brussell
Il-Belġju
Attenzjoni! Għandek tehmeż ritratt reċenti ta' kwalità tajba u kopja tal-karta tal-identità/passaport tiegħek mat-talba tiegħek sabiex nkunu nistgħu nipproċessaw it-talba tiegħek.
Tista' tuża din il-formola (
) biex tifformula aħjar it-talba tiegħek.
Dokumenti relatati
▪ Politika
▪ Formola għat-Talba
