Konferenza Intergovernattiva 2007

Fid-dawl tal-eżitu tal-KIG 2000 li rriżultat fit-Trattat ta' Nizza, il-Kunsill Ewropew iddeċieda fl-aħħar tal-2001 li jorganizza Konvenzjoni li tħares lejn kif l-Unjoni tista' ssir aktar demokratika, trasparenti u effiċjenti.Din il-Konvenzjoni, li ltaqgħet bejn Marzu 2002 u Lulju 2003, fasslet Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa li kien maħsub li jibdel it-trattati eżistenti.Sussegwentement dan ġie ppreżentat lil KIG u ġie maqbul, bi ftit emendi, f'Ġunju 2004, u ffirmat f'Ottubru tal-istess sena.

Il-problemi li nqalgħu fl-2005 waqt il-proċess tar-ratifikar tat-Trattat Kostituzzjonali wassal lill-Unjoni biex tinvolvi ruħha fi proċess ta' riflessjoni dwar riforma futura.Dan irriżulta f'Ġunju 2006 fi stedina mill-Kunsill Ewropew lill-Presidenza Ġermaniża futura biex tipprepara rapport dwar it-triq 'il quddiem.

Dan ir-rapport, flimkien mal-ħidma mwettqa mill-Presidenza Ġermaniża, ippermetta lill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu fil-21-22 ta' Ġunju 2007 sabiex jaqbel dwar is-sejħa ta' KIG oħra, kif ukoll biex japprova mandat dettaljat li jkun jikkostitwixxi l-bażi tal-ħidma tiegħu.

Il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Presidenza Portugiża li ġejja biex tfassal abbozz ta' test ta' Trattat f'konformità mat-termini tal-mandat u biex tippreżentah lill-KIG hekk kif din fetħet.

Il-KIG fetħet fit-23 ta' Lulju 2007, u temmet il-ħidma tagħha fit-18 ta' Ottubru.It-Trattat li rriżulta kien iffirmat f'Lisbona fit-18 ta' Diċembru 2007.